Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qasmet ritratt fejn iltaqgħet ma’ atleta lokali, li qed tesponi t-talent tagħha il-Parlament. Minn din il-laqgħa Roberta ħarġet il-messaġġ dwar kemm hu importanti li nippromwovu t-talenti kollha.
“Ħadt gost immens niltaqa’ ma’ Rachel Chircop, atleta żagħżugħa ta’ Special Olympics Malta li bħalissa qed tesebixxi l-arti tagħha fil-Parlament Ewropew.”
Roberta tkompli, “Impenjati li nibqgħu naħdmu favur Ewropa aktar inklużiva, li tagħti spazju lit-talent, li tħaddan l-ugwaljanza u li temmen fl-abbiltà ta’ kull persuna.”
Prosit kbira Rachel!