Atleti Maltin Minn 'Pembroke Athleta' B'Wirjiet Brillanti Waqt '2025 London Indoor Games'!

Suċċess kbir għall-atleti Maltin minn Pembroke Athleta, wara wirjiet mill-aqwa waqt 2025 London Indoor Games. Fi tmiem il-ġimgħa li għadda huma brillaw fi tliet kategoriji differenti, u waslu biex kisru 9 rekords nazzjonali.

Taħt it-tmexxija tas-Sinjura Angie Spiteri, u l-kowċis Luca Falzon, Maria Ghigo, u Ian Paul Grech, it-42 atleta minn Pembroke Athleta impressjonaw waqt din il-kompetizzjoni.

Fost l-atleti li kisru rekords nazzjonali kien hemm Jacques Borg, Jack Borg Pullicino, Karina Mia Peresso, Jack Herrera, Sophie Cassar Torregiani, Carl Grech u Jamie Borg.

Prosit kbira ta’ dan is-suċċess!





Facebook/ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI