Suċċess kbir għall-atleti Maltin minn Pembroke Athleta, wara wirjiet mill-aqwa waqt 2025 London Indoor Games. Fi tmiem il-ġimgħa li għadda huma brillaw fi tliet kategoriji differenti, u waslu biex kisru 9 rekords nazzjonali.
Taħt it-tmexxija tas-Sinjura Angie Spiteri, u l-kowċis Luca Falzon, Maria Ghigo, u Ian Paul Grech, it-42 atleta minn Pembroke Athleta impressjonaw waqt din il-kompetizzjoni.
Fost l-atleti li kisru rekords nazzjonali kien hemm Jacques Borg, Jack Borg Pullicino, Karina Mia Peresso, Jack Herrera, Sophie Cassar Torregiani, Carl Grech u Jamie Borg.
Prosit kbira ta’ dan is-suċċess!
Facebook/ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon