F’bosta postijiet madwar Malta ġew irrapurati numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew minħabba x-xita li qed tolqot lil pajjiżna.

Każ minnhom jinvolvi karozza li tilfet il-kontroll in-naħa tas-Swieqi u daħlet ġo ċint. Għalkemm ħadd ma weġġa’ fl-inċident, il-Pulizija qed jappellaw biex in-nies joqgħodu attenti fit-toroq, speċjalment f’kunizzjonijiet ta’ xita u maltempati.
Facebook/NET News/Paula Portelli Photography