Attenti! Jekk Iħabbatlek Il-Bieb Taparsi Qed Jiġbru L-Flus Għall-Karità, Tagħtix!

Sfortunatament reġgħu qed isiru dawn l-affarijiet. Fuq il-grupp ta’ Facebook Balzan People, wieħed raġel li jgħix f’Ħal Balzan stess kiteb avviż lil kull min jgħix f’din il-lokalità.

“Ġie żagħżugħ mal-bieb tagħna jgħid li għandu bżonn €200 għall-karità biex jgħin lil ibnu jagħmel operazzjoni. Minħabba s-sigurtà personali tiegħi tħassartu, imma ninsab infurmat li kienet scam,” spjega r-raġel.



scam



Hu qal ukoll li “Aħna ġejna nfurmati wkoll li dan ir-raġel jew raġel ieħor qed jiddikjara li huwa parti mill-familja tagħna u għandu bżonn flus għall-karità. Din it-talba hija falza wkoll. Jekk jogħġbok tweġibx il-bieb, jew inkella itlob dokumentazzjoni uffiċjali. Kif tagħlaq il-bieb jekk jogħġbok avża lill-Pulizija ta’ Ħal Balzan!”

Tajjeb li kull min jgħix Ħal Balzan jew f’xi lokalità qrib, joqgħod attent!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI