Minn għada filgħodu – 4 ta’ Diċembru 2020 Telghet ix-Xemxija se tkun magħluqa (kif inhu indikat fir-ritratt hawn taħt), wara ħsarat riċenti fil-wiċċ tat-triq u ċediment sinifikanti.
Dan ġie żvelat mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar fuq il-midja soċjali, fejn ġie miktub li: “Fid-dawl tal-istat perikoluż ta’ din it-triq, ix-xogħlijiet huma meħtieġa biex jibdew immedjatament – it-triq se tkun magħluqa kompletament mir-Roundabout ta’ Selmun u r-Roundabout tax-Xemxija.”
“It-traffiku inkluż it-trasport pubbliku jkun jista’ jiċċirkola direzzjoni mill-Mellieħa għall-Belt Valletta, filwaqt li t-traffiku kollu inkluż id-direzzjoni tat-trasport pubbliku mill-Belt Valletta għall-Mellieħa jkollu jiddevja mill-Manikata.”