Avviż importanti lis-sewwieqa u residenti ta ‘San Pawl il-Baħar! Triq il-Mosta, it-triq ewlenija tal-lokalità, se tkun magħluqa din il-ġimgħa, dan ħabbru l-kunsill lokali. Mit-Tlieta 16 sal-Ġimgħa 19 ta’ Frar mis-7:00 il quddiem, “se jibdew xogħlijiet estensivi ta’ rqajja’ fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.”
“Għalhekk jekk jogħġbok innota li l-vetturi mhux se jitħallew jidħlu fiż-żona sakemm jitlestew ix-xogħlijiet. Dan jippermetti li x-xogħlijiet isiru bl-aħjar mod possibbli u jiġu evitati inċidenti bla bżonn,” qal l-avviż, u wissa wkoll lill-pubbliku li r-rotot tal-karozzi tal-linja se jiġu ddevjati kif xieraq.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet jew teħtieġ għajnuna fir-rigward tax-xogħlijiet, tista’ ċċempel l-Uffiċċji Amministrattivi tal-kunsill fuq 21585888 ext 1, 2, 3, u 4. “Għal darb’oħra niskużaw ruħna għal kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jseħħ.”