Storja li tmur lura għas-sena 2020, kważi tliet snin ilu meta l-attur lokali Hermann Bonaci nstab ħati li ta daqqa lill-persuna trans wara li ħalla ilment fuq Facebook dwar is-servizz tal-ikel offrut fir-restorant tal-akkużat.
Il-persuna allegat li ġie insultat ukoll minħabba l-ġeneru tiegħu. Iżda Bonaci stqarr li m’għamilx hekk minħabba l-identità tal-ġeneru tal-vittma imma għax ilmenta mis-servizz li ngħata fir-restorant tiegħu fl-Iklin.
Jidher li Bonaci daħal f’ħanut f’Santa Venera u staqsa għalih, huwa beżaqlu, tah daqqa ta’ ponn u beda jgħajru. Fil-qorti Bonaci qal li kien għaddej minn perjodu diffiċli mmens minħabba l-fatt li membru tal-familja tiegħu kellu marda terminali.
Żewġ persuni li kienu fil-ħanut taw ix-xhieda tagħhom fejn qalu li raw lil Bonaci jagħti daqqa ta’ ponn lill-vittma, jobżoqlu u jgħajru. Fil-qorti waslu għall-konklużżjoni li l-akkużat ma ħebbx għall-vittma minħabba l-orjentazzjoni sesswali jew il-ġeneru kif kien qed jiġi akkużat.
Il-Maġistrat Lia qieset li Bonaci ddispjaċih għal dak li għamel u minħabba l-fatt li l-kondotta tiegħu hija nadifa illiberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 8 xhur.
Facebook / ADPD