Vanessa Gatt, l-omm li għadha kemm ġarrbet it-telfa ta’ bintha Emily, sabet u għadha ssib bosta appoġġ. Fost dawk li tant kienu hemm “fl-agħar żmien” kien David Rizzo, li wkoll xtaq jaqsam messaġġ dwar Vanessa.
“Fl-ghar żmien ta’ ħajti kont hemm kull sekonda u tajtni dak kollu li kelli bżonn f’dan iż-żmien. Avolja kont taf li ma stajt intik xejn ħlief niket xorta bqajt hemm għalija” tikteb Vanessa. David Rizzo fil-fatt kien persuna li waqt li bħal ħafna oħrajn għamlilha kuraġġ fil-mumenti diffiċli, apprezzaha għall-qawwa li wriet ma’ bintha Emily.
Bosta kienu li mill-ġdid kitbulha kummenti ta’ kuraġġ u solidarjetà lil din l-omm li tat kollox għal bintha. F’isem Gwida.mt ngħidu lil Vanessa u lill-familja kollha li jinsabu fi ħsibijietna wkoll!
Facebook/ Vanessa Gatt/ Social Channel Malta