Avukat Jitlob Il-Unjins Tal-Għalliema Jerfgħu R-Responsabbilità U Jaġixxu B’Maturità

L-avukat Andre Borg talab lil Malta Union of Teachers (M.U.T) u l-Union of Professional Educators (U.P.E) biex ma jkunux rashom iebsa fl-azzjonijiet tagħhom relatati mal-ftuħ tal-iskejjel.

Bejn iż-żewġ unjins hemm pika u pressjoni biex l-għalliema u l-edukaturi jagħżlu lill-unjin waħda u mhux lill-oħra. Dr. Borg enfasizza li din ir-rivalità qed twassalhom jirrikorru għal azzjonijiet industrijali u direttivi fil-konfront tal-Gvern u l-istituzzjonijiet edukattivi għall-finijiet egoċentriċi tagħhom.

Dr. Borg innota li numru kbir ta’ skejjel f’Malta jinsabu lesti biex jinfetħu u jilqgħu l-istudenti mill-ġdid filwaqt li jimxu mal-miżuri neċessarji. Għalhekk, l-avukat enfasizza li l-azzjonijiet tal-MUT u l-UPE kienu sproporzjonati.

Dr. Borg kompla billi kkritika l-fatt li dawn iż-żewġ unpins għad m’għandhomx pożizzjoni ċara dwar il-lezzjonijiet onlajn u jekk l-għalliema għandhomx jagħtu lezzjonijiet live jew rekordjati waqt li nsista li t-tagħlim online mhux ta’ benefiċċju daqs dak fil-klassi.

L-avukat qal ukoll li l-pressjoni li poġġew il-unjins wassal għal dewmien fil-ftuħ tal-iskejjel u eluf ta’ ġenituri, nkluż hu, kellhom iħarbtu l-impenji tagħhom. Ta’ dan hu talab lill-MUT u L-UPE jerfgħu r-responsabbiltà tal-azzjonijiet tagħhom u jaġixxu b’maturità.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI