Ħafna nies għandhom iPhone u tul l-aħħar sigħat numru minn dawn in-nies irrealizzaw li jew il-mobile tagħhom jew inkella whatsapp tagħhom ġie iħħekjat! Jidher li dan qed jiġri lil dawk kollha li qegħdin jużaw is-sistema IOS 14.3.
Infatti dawk kollha li jużaw l-iPhone qed jintalbu sabiex jagħmlu aġġornament lis-sistema tagħhom mill-aktar fis possibbli sabiex jevitaw li jiġri dan lilhom. L-Apple ħarġu aġġornament bl-isem ta’ 14.4.
Huma qal, “Ġew skoperti vulnerabbiltajiet ta ’sigurtà għall-iPhones u l-iPads ta’ Apple (il-verżjonijiet kollha tas-sistema operattiva huma kkonċernati).”
Sabiex jirranġaw din il-kwistjoni huma ħarġu aġġornament ġdid, li jista’ jiġi installat fuq kwalunkwe apparat kompatibbli: iPhone 6s u dawk li ħarġu wara, iPad Air 2 u dawk li ħarġu wara, iPad Mini 4 u dawk ta’ wara, u l-iPod touch (7th Generation).
Facebook / Apple