L-organizzaturi ta’ dan il-festival prestiġjuż ħarġu avviż importanti għall-persuni kollha li se jattendu għall-Malta Eurovision Song Contest 2026.
F’post fuq il-midja soċjali, ġie mfakkar lill-pubbliku biex, qabel jasal għall-avveniment, jiċċekkja l-lista ta’ oġġetti pprojbiti. L-organizzaturi saħqu li kwalunkwe oġġett li mhuwiex permess jew li ma joqgħodx fil-but jista’ jiġi kkonfiskat, jew inkella d-dħul jista’ jiġi miċħud.
L-għan ta’ dan l-avviż hu li jiġi żgurat proċess ta’ dħul aktar bla xkiel u sigur għal kulħadd. Għalhekk, min se jattendi hu mħeġġeġ jasal preparat u jimxi mar-regoli sabiex jevitaw inkonvenjenzi bla bżonn.
Eurovision Song Malta rringrazzjat lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tiegħu, filwaqt li appellat biex kulħadd isegwi dawn l-istruzzjonijiet biex l-esperjenza tal-MESC 2026 tkun waħda pożittiva għal kulħadd.
Ara l-lista hawn taħt!
Facebook / Eurovision Song Malta