Il-paġna ta’ Facebook, Maltese Islands Weather ħarġet avviż important għal dawk kollha li għandhom opri tal-baħar. Fuq il-paġna tagħhom huma kitbu, “Jekk għandkom xi opri tal-baħar marbuta tul il-kosta ndikata bl-aħmar, navżawkom li jkun aħjar jekk itellgħuhom l-art sa filgħaxija tal-Ġimgħa 25/09.”
Ir-raġuni wara dan kollu hi sempliċi, “Ir-riħ mill-Punent Majjistru se jilħaq Forza 7/9 kultant b’buffuri ta’ Forza 9 mill-Ġimgħa 25/09 filgħaxija sal-Ħadd 27/09 filgħodu. Il-baħar se jkun imqalleb ħafna. Twissija dettaljata se tinħareġ aktar tard.” B’hekk hu importanti li kull min għandi xi dgħajjes u opri oħra tal-baħar jieħu ħsiebhom ħalli ma ssirilhomx ħsara.