Avviż Importanti Mid-Dipartiment Tas-Saħħa Pubblika

It-tbassir tat-temp qed jindika li l-jiem li ġejjin ħa jkunu aktar sħan mis-soltu u b’hekk id-dipartiment tas-saħħa ħassewhom fid-dmir li jinfurmaw lill-pubbliku biex joqgħod attent u jieħu ħsieb ta’ saħħtu.





Wieħed jista’ jagħmel dan billi jixrob aktar ilma u xarbiet friski speċjalment f’dawk il-ġranet ta’ sħana qawwija. Dan hu punt importanti għax wieħed jista’ jispiċċa jixxotta jew inkella jispiċċa b’xi xemxata.

L-anzjani, it-trabi u t-tfal żgħar huma l-aktar affettwati minn sħana qawwija iżda dawk li huma attivi ħafna jew inkella jbatu minn xi kundizzjoni kronika wkoll jistgħu jiġu nfluwenzati.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI