Avviż mill-Awtorità Għas-Saħħa U S-Sigurtà Fuq Il-Post Tax-Xogħol

Minħabba r-riħ qawwi mistenni għal għada, l-1 ta’ Frar, l-OHSA tappella għall-kawtela kontinwa fix-xogħol fuq barra, b’mod partikolari f’siti ta’ kostruzzjoni. Ix-xogħol qrib il-baħar għandu jiġi evitat. L-Awtorità tfakkar ukoll li kundizzjonijiet tat-temp bħal dawn jistgħu jikkawżaw ħsarat fuq il-postijiet tax-xogħol. Għaldaqstant, wara għandhom isiru l-ispezzjonijiet meħtieġa mill-Project Supervisors u t-tekniċi tas-Saħħa u s-Sigurtà, sabiex kwalunkwe ħsara li tista’ toħloq riskju tiġi indirizzata minnufih u tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kollha.

L-Awtorità tieħu l-opportunità sabiex tfakkar fi prekawzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol:

Evita xogħol barra f’għoli jew qrib strutturi instabbli.
Evita xogħol fuq soqfa, skaffolding jew passaġġi elevati.
Orbot jew neħħi l-materjali, l-għodod, it-tagħmir u l-istrutturi temporanji kollha li jistgħu jiċċaqalqu.
Żgura li s-sinjali u l-komunikazzjoni fuq is-sit jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali.
Żomm aċċess ċar għal emerġenzi f’kull ħin.
Oqgħod attent qrib is-siġar, il-linji tal-elettriku u l-istrutturi temporanji.
Avża lill-ħaddiema biex jippjanaw l-ivvjaġġar tagħhom b’attenzjoni, jallokaw iżjed ħin u jibqgħu attenti għal skart, materjal jew oġġetti li jistgħu jaqgħu qrib parkeġġi u postijiet ta’ dħul.
Il-krejnijiet għandhom jitħallew iduru meta ma jkunux taħt superviżjoni u m’għandhomx ikollhom piżijiet sospiżi.

Għal pariri jew kjarifiki, ikkuntattja l-Helpline tal-Awtorità fuq 138.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI