Water Services Corporation ħabbru avviż ta’ xogħlijiet fuq in-netwerk tan-New Water f’erba’ toroq fiż-Żurrieq.
It-toroq huma Triq Wied Ganu, Triq il-Veduta, Triq il-Partit u Triq il-Mitħna tal-Qaret, Żurrieq
“Se nkunu qed inwettqu xogħlijiet relatati man-netwerk tan-New Water fit-toroq imsemmija hawn fuq fiż-Żurrieq. Ix-xogħlijiet se jibdew fid-19 ta’ Jannar 2026 u huma mistennija li jitlestew fit-16 ta’ Marzu 2026.”
L-avviż ikompli, “Mhux se jkun hemm impatt fuq it-traffiku. Il-parkeġġ mhux se jkun permess – fuq il-post ħa jitwaħħlu l-permessi meħtieġa tal-Kunsill Lokali”
Jirringrazzjaw lir-residenti li joqogħdu f’dik iż-żona talli qed jikkoperaw waqt din il-ħidma.