Illum tiċċelebra għeluq sninha Tracy Cutajar, mart il-Membru Parlamentari u preżentatur Robert Cutajar. Robert kitbilha messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni.
“Awguri doppji għażiża Tracy… Għal Jum il-Mara u fuq kollox għal għeluq sninek! Grazzi tas-sapport u l-imħabba li dejjem tagħtina.”
Robert ikompli jikteb, “Jien u uliedna napprezzaw ħafna l-impenn, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li tagħmel kuljum b’risq il-familja tagħna.”
Jawguralha “saħħa u aktar saħħa” u kulma tixtieq qalbha. Qasam anke ritratti tagħhom flimkien u mal-familja sabiħa tagħhom.
Awguri mill-qalb Tracy f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!
Facebook/ Robert Cutajar