Parroċċa San Nikola Siggiewi awguraw lil Dun Nikol Aquilina li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Permezz ta’ messaġġ mill-qalb fuq il-paġna tal-parroċċa huma esprimew kemm japprezzaw il-ħidma tiegħu.
Kitbulu, “Awguri Dun Nikol Aquilina! Nawgurawlek minn qalbna f’dan il-jum speċjali!”
Żiedu jgħidu, “Grazzi tal-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħek. Nitolbu għalik biex il-Mulej ikompli jbierkek bis-saħħa, il-paċi u t-tama. Ad Multos Annos!”
Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlu f’jum għeluq sninu u kitbu kemm huwa persuna dedikat lejn xogħlu u lejn il-parroċċa.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jirċievi dak kollu li jixtieq qalbu u li jgawdi din il-ġurnata mal-għeżież tiegħu. Nitolbu biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu.
Facebook / Parroċċa San Nikola Siggiewi