Illum tiċċelebra għeluq sninha Emma Cutajar, il-kantanta li konna rajnieha tikseb il-Golden Buzzer fuq Malta’s Got Talent, meta kantat kanzunetta sentimentali għall-aħħar. Emma kienet ħarġet kanzunetti oħra f’dak il-perjodu u minn hemm kompliet tikber bħala artista.
L-għażiża ommha tħallilha messaġġ mill-qalb f’għeluq sninha, fejn tikteb, “Awguri f’għeluq sninha lil binti, li l-ambizzjoni tagħha ma għandhiex limiti – nittama li din is-sena ġġiblek suċċess u hena f’dak kollu li tagħmel. Niftakar meta kont inżommok f’dirgħajja, u issa int itwal minni! Iż-żmien qed jgħaddi malajr, imma int tibqa’ ż-żgħira tiegħi għal dejjem. Inħobbok.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Emma l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mimlija avventuri mużikali, saħħa u hena. Awguri mill-qalb!