Illum qed tiċċelebra għeluq sninha Claudette Buttigieg, il-Membru Parlamentari li lura għas-sena 2000 kienet irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta Desire miktuba minn Philip Vella u Gerard James Borg.
F’dan il-jum speċjali, ir-raġel tagħha David ħallielha messaġġ qasir fuq il-mezzi soċjali tiegħu sabiex jawguralha f’dan il-jum għażiż. Il-koppja flimkien għandhom lil Kristina li din is-sena tagħlaq 18-il sena.
F’dan il-jum speċjali, Claudette qed tiġbor donazzjonijiet għall-Hospice Malta li jagħmlu tant u tant ġid ma’ diversi pazjenti.
Aħna f’isem Gwida.mt, nixtiequ nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Claudette l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant speċjali għaliha u għall-familja kollha tagħha! Nittamaw li jkollha ċ-ċans tiċċelebrah bl-aħjar mod possibbli.
Facebook / Claudette Buttigieg