Bħal-bieraħ jaħbat għeluq snin il-kantant lokali Joe Tanti, magħruf għas-sehem tiegħu fil-mużika Maltija flimkien ma’ martu Carmen Tanti, taħt l-isem Greenfields. Kif tista’ tinsihom?
Joe u Carmen għandhom storja twila ta’ mużika Maltija b’kanzunetti li baqgħu imsemmija bil-bosta fosthom, Il-Banda t’Indri, Ċeklem Ċeklem Karozzin u Il-Vapur tal-Art. Riċentament lil din il-koppja ħelwa u bravissima mimlija talent u spirtu pożittiv rajniha tkanta waqt il-festival Mużika Mużika flimkien mal-grupp Malti Bernie & Pod. Dakinhar kantaw il-kanzunetta Iż-Żmien Għaddej flimkien magħhom.
Diversi segwaċi, qraba u ħbieb ħallew ix-xewqat sbieħ tagħhom fuq il-profil ta’ Joe u awgrawlu f’dan il-jum speċjali. Minn qalbna ngħidu Awguri kbir lil Joe u nixtiqulu aktar snin ta’ saħħa, suċċessi u kuntentizza!