Permezz ta’ messaġġ emozzjonali fuq il-paġna tiegħu, il-kompożitur u mużiċist Dominic Galea, awgura lill-imħabba ta’ ħajtu f’jum għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Awguri f’għeluq snin dik li tikkumplimentani u tagħmilni sħiħ. Awguri f’din il-ġurnata speċjali u grazzi tal-ferħ li tagħti lil dawk kollha li jkunu madwarek. Nitlob lil Alla jkompli jżomm idejh fuqek.”
Ippubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom mgħannqin flimkien bi tbissima gustuża fuq fommhom.
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti t’awgurju mingħand nies differenti li b’xi mod jew ieħor missitilhom qalbhom.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha f’dan il-jum speċjali għaliha u nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ flimkien mal-familjari u ħbieb għeżież tagħha. Awguri!
Facebook / Dominic Galea