Il-membru parlamentari Robert Cutajar awgura lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, f’jum għeluq sninha, permezz ta’ messaġġ qasir ta’ ringrazzjament fuq il-paġna tiegħu.
Hu kitbilha, “Awguri f’għeluq sninek għażiża Roberta… nixtieqlek saħħa, suċċess, u ispirazzjoni f’dak kollu li tagħmel. Grazzi Roberta Metsola.”
Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlha xewqat sbieħ mill-qalb u rringrazzjawha tax-xogħol li tagħmel li kemm f’Malta u kif ukoll fl-Ewropa.
Aħna mit-tim ta’ gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninha. Nisperaw li jkollha ġurnata mimlija hena flimkien mal-familjari u ħbieb għeżież tagħha, u li tirċievi dak kollu li tixtieq qablha f’din il-ġurnata speċjali. Awguri!
Facebook / Robert Cutajar