“Awguri F’Għeluq Sninha Lil Waħda Mill-Kontestanti Tagħna Tal-Ħames Staġun: Back To Win, Jasmine Abela.” – X Factor Malta

M'Hawnx Bħalek Jasmine Abela

Illum tiċċelebra għeluq sninha Jasmine Abela, kantanta lokali li rajnieha f’għadd ta’ konkorsi lokali, fosthom il-Malta Eurovision, Mużika Mużika u anke fil-kompetizzjoni qalila, X Factor Malta.

Lura fl-2016 Jasmine ipparteċipat fil-Malta Eurovision bil-kanzunetta Alive, u fl-2018 kellha Supernova. Sena wara daħlet fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta.

Fl-2023 u s-sena l-oħra fl-2025 ipparteċipat f’Mużika Mużika bil-kanzunetti rispettivi M’Hawnx Bħalek u L-Imħabba Verità. It-tim ta’ X Factor Malta awgura lil Jasmine ukoll fuq il-midja soċjali.

“Awguri f’għeluq sninha lil waħda mill-kontestanti tagħna tal-ħames staġun: Back To Win, Jasmine Abela. Nawgurawlek sena mill-isbaħ mimlija kunfidenza, mumenti indimentikabbli, u dak kollu li qed taħdem għalih, fuq u lil hinn mill-palk. Il-ġurnata t-tajba, Jasmine!”

Awguri mill-qalb f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!







Ritratti:

Facebook/ Jasmine Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI