“Awguri F’Għeluq Żmienha Lill-Mara Speċjali Li Ġarritli T-Tifel Għal Disa’ Xhur Fil-Ġuf U Li, Sfortunatament, Gawdejnieh Biss Għal Żmien Qasir” – Josie Vella

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Josie Vella awgura lil martu Mariska li llum qed tiċċelebra għeluq sninha.

Beda billi qal, “Awguri f’għeluq żmienha lill-mara speċjali li ġarritli t-tifel għal disa’ xhur fil-ġuf u li, sfortunatament, gawdejnieh biss għal żmien qasir ta’ 15-il sena. Int il-mara li dejjem kont hemm fil-maltemp tal-ħajja u qatt ma qtajt qalbek.”

Żied jgħid ukoll, “Prosit tal-karattru sod u tal-qalb kbira li għandek. Ibqa’ hekk kif int, u qatt tinbidel għal ħadd. Nawguralek minn qalbi, mara u omm ta’ anġlu sabiħ fis-sema – Jake Vella, li dejjem jibqa’ jħares lejna minn fuq.”

Awguri minn qalbna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI