“Awguri Fil-Ġenna, Ma… Int L-Ewwel Ħsieb Kif Niftaħ Għajnejja Filgħodu U L-Aħħar Ħsieb Qabel Ma Norqod” – Bint Mildred

Bint il-mibkija Mildred Azzopardi li madwar sitt xhur ilu ħalliet din id-dinja wara li sfat vittma ta’ inċident li seħħ fis-sigħat ta’ filgħaxija fl-inħawi Ta’ Liesse, fakkret il-memorja t’ommha hekk kif kieku għadha fostna kienet tkun qed tiċċelebra l-età sabiħa ta’ 63 sena.

Il-bint issostni li għadha sal-lum il-ġurnata ma tistax temmen li seħħet din it-traġedja u tistqarr li l-memorja t’ommha hija l-ewwel ħsieb li jfeġġ f’moħħha hekk kif tqum filgħodu u l-aħħar ħsieb li jgħaddi minn moħħha qabel ma torqod filgħaxija.

Issemmi kif f’jum għeluq sninha, hi u ħutha kienu dejjem jiltaqgħu għand ommha sabiex jiċċelebraw dan il-jum billi jieħdu “bela te u biċċa kejk” flimkien, iżda b’diqa tirikonoxxi li dan issa m’huwiex possibbli.



Kuraġġ f’dawn il-mumenti diffiċli!





Ritratti:

Facebook / Amy Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI