Kien 28 ta’ Settembru 2019, fejn l-attriċi Marica Mizzi iżżewġet lil maħbub tagħha Joe Cassar. Joe illum jiċċelebra għeluq sninu u flimkien qattgħu ġurnata fil-ġmiel tal-kampanja.
Marica tispera li xħin tgħaddi l-pandemija jkunu jistgħu jiċċelebraw dan il-jum f’xi kunċert ‘il bogħod minn xtutna, “imma grata li qattajna ġurnata fil-ġmiel tal-kampanja man-natura… il-ħin ta’ kwalita kollox” tiktiblu Marica. Marica tagħlaq il-messaġġ billi tawguralu aktar snin ta’ saħħa u …”ħafna aktar snin flimkien”.
Awguri Joe!