Illum hi l-festa liturġika tal-qaddisa li bosta huma devoti tagħha, Santa Katarina ta’ Lixandra. B’mod partikolari din il-festa tiġi ċċelebrata bil-kbir fl-irħula taż-Żurrieq u taż-Żejtun. Fuq il-midja soċjali tefgħu diversi ritratti fil-jum li ntrefgħet il-vara tad-dimostrazzjoni.
Il-Ministru Owen Bonnici jawgura l-festa t-tajba lil dawk kollha devoti ta’ Santa Katarina. “Bonġu ħbieb, Illum hija l-festa liturġika tal-qaddisa Lixandrina Santa Katerina. Awguri id-devoti kollha ta’ din il-qaddisa li hija meqjuma ħafna f’pajjiżna, partikolarment fost il-familji Żrieraq u Żwieten.”
Awguri f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!
Facebook/ Soċjetà Santa Katarina V.M. Banda Żejtun