Il-paġna uffiċjali ta’ Radju Marija Malta awgurat lid-direttur Fr Antoine Borg għaliex illum hu qed jiċċelebra għeluq sninu.
Kitbulu, “Awguri lid-Direttur ta’ Radju Marija Malta Fr Antoine Borg f’għeluq sninu! Illum b’mod speċjali nżommuh f’talbna biex il-Mulej jgħinu fil-ħidmiet kollha tiegħu.”
Żiedu jgħidu, “Mulej bierek lil Fr Antoine, wieżnu fil-ħidmiet tiegħu u agħtih id-dehen biex ikompli jwettaq il-missjoni li inti afdajtlu f’idejk. Bi Kristu Sidna. Ammen.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali u nisperaw li jkollu bosta iktar snin ta’ ferħ u hena. Nitolbu li Alla jkompli jżomm idejh fuqu. Xewqat sbieħ!
Facebook / Radju Marija Malta