Id-drummer tal-grupp popolari The Travellers, Michael Camilleri llum qed jiċċelebra għeluq sninu.
Michael huwa min-Nadur Għawdex u kif ħafna jafu, anke serva ta’ kunsillier f’din il-lokalità. Kien ukoll il-principal timpanist tal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta.
Sħabu ta’ The Travellers qasmu filmat tiegħu idoqq fl-2015 u fl-2025, u kitbulu, “Awguri lid-drummer tagħna, Michael! Kbirt ftit mill-2015 ’l hawn, hux? X’taħseb?”
Michael anke qasam post biex jirringrazzja lil kull min awguralu f’dan il-jum. “Tle-teen fil-ksieħ u fil-paċi! Grazzi tal-messaġġi kollha tagħkom, napprezza immens!”
Awguri mill-qalb Michael! Nawgurawlek aktar saħħa, suċċessi, mużika, esperjenzi sbieħ u kulma tixtieq qalbek!
Facebook/ Michael Camilleri