Illum huwa għeluq snin Ryan Abela, it-tifel tal-kantanta tant maħbuba Georgina. Ryan huwa mużiċist u maestro. Hu twieled fil-11 ta’ Jannar tal-1991 u b’hekk illum hu għalaq 35 sena!
Ryan huwa kantant u surmast rinomat fix-xena lokali. Hu kien ipparteċipa fil-Malta Eurovision Song Contest tal-2014 bil-kanzunetta City Lady.
Hu jidderieġi l-orkestra u anke diversi kanzunetti waqt avvenimenti kbar bħal Mużika Mużika. Ryan Paul Abela inħatar Direttur Artistiku fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi tal-Belt Valletta, rwol li se jarah imexxi u jfassal il-viżjoni artistika tal-post storiku.
Ommu Georgina, kitbitlu kelmtejn mill-isbaħ fuq Facebook, “Awguri lil raġel li seraqli qalbi, inħobbok bla qies u dejjem nixtieqlek il-ġid u saħħa.”
“Kien l-isbaħ żmien ta’ ħajti meta int twelidt, int l-isbaħ rigal li tanti l-Bambinn,” hi kompliet tgġid. “Int kollox għalija u lesta li anti ħajti għalik ibni l-għażiż.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ryan f’dan il-jum speċjali!
Facebook / Georga Abela / Ryan Abela / Eurovision Fans Malta