"Awguri Lill-50 Kuntistabbli Ġdid Fil-Korp Tal-Pulizija!" – Il-Ministru Byron Camilleri

Fi tmiem il-ġimgħa l-paġna The Malta Police Force kitbet l-awgurju tagħha għall-grupp ġdid ta’ rekruti li ser ikunu qed jingħataw il-grad ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija. Xerrdet anke ritratti waqt il-provi tal-hekk imsejħa, Passing Out Parade, li ser isseħħ propju l-ġimgħa d-dieħla.

Il-Ministru Byron Camilleri tefa’ post fuq il-midja soċjali fejn jawgura lir-rekruti ġodda. “Awguri lill-50 kuntistabbli ġdid fil-Korp tal-Pulizija!,” kiteb Byron. Fir-ritratti jidher is-sens ta’ għaqda u tim bejn il-kuntistabbli ġodda. 

Nifirħulhom u nawgurawlhom minn qalbna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI