Ftit tal-ħin ilu, il-Prim Ministru Robert Abela awgura lill-atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fil-Logħob Paralimpiku li se jsir f’Tokyo dalwaqt.
Pajjiżna se jkollu żewġ atleti li se jkunu qed jirrapreżentawh. Dawn huma Vladyslava Kravchenko, li se tkun qed tieħu sehem fil-Para swimming u Thomas Borg fil-Para Athletics.
Il-Logħob Paralimpiku ser jibda fl-24 t’Awwissu u ser jiġi fi tmiemu fil-ħamsa ta’ Settembru.
Nawguraw kull suċċess lir-rapreżentati ta’ Malta.