“Awguri Lill-Isbaħ Mara Tad-Dinja. Il-Mara Bl-Akbar Qalb” – Danita Lil Ommha

Illum jahbat għeluq snin Anna, omm Danita il-blogger ta’ One Chick and a Yorkie. Flimkien ma’ ritratt tant ħelu ta’ ommha man-neputi, Danita kitbet messaġġ sabiħ lil ommha b’dedikazzjoni.

“Awguri lill-isbaħ mara tad-dinja. Il-mara bl-akbar qalb, in-nanna bl-akbar daħka u l-mara ta’ buzz kbir. Ma nixba qatt ngħidlek ‘grazzi’ tal-ferħ li tagħtina.”

“Grazzi tat-trobbija li tajtna, grazzi tal-ferħ li tagħti lil Lenny u grazzi ta’ kemm int omm kapaċi. Grazzi tal-valuri li tajtni, grazzi talli dejjem għallimtna nifirħu b’kollox. Minn kollox qed ngħamel biex dak li tajt lilna, ngħaddih lil ibni.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħu lil Anna f’dan il-jum speċjali!





Facebook/One chick and a yorkie



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI