Il-kantanta u attriċi Leontine Spiteri ser tiċċelebra għeluq sninha matul il-ġimgħa li ġejja, sewwa sew fil-21 ta’ Diċembru.
Leontine rajnieha diversi drabi fix-xena tal-ispettaklu. Telgħet fuq il-palk għall-ewwel darba meta kien għad kellha disa’ snin. Ħadet sehem f’diversi festivals bħal Konkors Kanzunetta Indipendenza, Malta Song for Europe u L-Għanja tal-Poplu.

Fuq it-televiżjoni rajnieha wkoll fi programmi televiżivi fosthom is-sensiela Ħobbni Ftit u Fattigi. Apparti minn hekk sentejn ilu rajnieha tippreżenta Kumplimenti flimkien ma’ Marisa D’Amato u Debbie Scerri, li tant taw spazju anke lil diversi talent.
L-isbaħ xewqat lil Leontine f’għeluq sninha għal nhar il-Ħadd li ġej!