"Awguri Lilll-Aqwa Missier Fid-Dinja" – Il-Kantanta Yulan Lil Missierha

Il-Ħadd li għadda fuq Malta’s Got Talent, kulħadd baqa’ impressjonat fuq dik il-kantanta li saħħret lil kulħadd b’leħinha, Yulan Law. Yulan għad għandha 10 snin biss u diġà wriet kemm hi kantanta speċjali. 

Yulan semmiet il-missierha fl-intervista u llum jiċċelebra għeluq sninu. Għal dan il-jum speċjali Yulan kitbitlu, “Awguri lill-aqwa missier tad-dinja kollha! Kliem mhux biżżejjed biex jiddeskrivu kemm inħobbok”. 





Ritratt: Malta’s Got Talent / Youtube

Fl-intervista ta’ Malta’s Got Talent, Yulan qalet li missierha weġġa’ u qabel tkanta kanzunetta, taqra l-lirika u tiddedika għalih. “Missieri kellu attakk tal-qalb u ma konniex nafu jekk hux ser isalva jew le. Ma stajtx niltaqa’ m’ommi biex tieħu ħsieb lill-papà u l-Bambin bgħatli lil xi ħadd biex jieħu ħsiebi”. Illum Yau-Mun (missierha) huwa b’saħħtu u l-Ħadd li għadda seta jiftaħar ma’ kulħadd x’vuċi għandha bintu!



Yulan, nawguraw lil missierek l-isbaħ xewqat, u ħerqanin biex narawk fil-fażi li jmiss ta’ Malta’s Got Talent. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI