Luke Magro llum qed jiċċelebra l-ewwel anniversarju tiegħu mal-imħabba ta’ ħajtu Martine Cutajar. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, hu spjegalha kemm tfisser għalih.
Hu kiteb, “Awguri lilna fl-ewwel anniversarju tagħna. Inħossni veru grat għall-memorji sbieħ li qsamna flimkien. Il-mumenti iebsin fejn konna hemm għal xulxin. Talli tħallini nkun il-post sigur tiegħek, il-protettur tiegħek. Inti tajtni lura skop ikbar għal ħajti, u tajtni post f’qalbek. Inħobbok, Martine Cutajar.”
It-tbissima kbira fuq fommhom fil-filmat tixhed kemm jinsabu ferħanin flimkien u kemm għandhom imħabba għal xulxin f’qalbhom.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguwlhom ġurnata mill-isbaħ, kif ukoll diversi iktar snin ta’ mħabba u hena. Awguri mill-qalb!
Facebook / Luke Magro