“Awguri Lir-Reġina Tagħna.” – Julia Ann Cluett, Miss Universe Malta

Il-paġna uffiċjali ta’ Miss Universe Malta qasmet messaġġ sabiħ u mimli tifħir f’għeluq snin Julia Ann Cluett, li tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-aktar mudelli li għamlu impatt qawwi f’isem pajjiżna.

Fil-messaġġ tagħhom, huma ddeskrivew lil Julia bħala ‘reġina‘ li rnexxielha tgħaqqad lill-poplu Malti kollu wara Malta, filwaqt li għamlet storja bħala Miss Universe Europe & Middle East. Grazzi għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha, Julia poġġiet lil Malta b’mod ċar fuq il-mappa tal-kompetizzjoni tas-sbuħija internazzjonali.



Minkejja s-suċċessi kollha, Julia tibqa’ magħrufa għall-umiltà tagħha u l-mira ċara fuq il-missjoni li temmen fiha – li tippromwovi l-importanza tas-saħħa mentali u tqajjem aktar kuxjenza dwar dan is-suġġett delikat iżda essenzjali.



Il-messaġġ intemm b’awguri mill-qalb biex ikollha ġurnata speċjali u mimlija ferħ, hekk kif tkompli tkun ta’ ispirazzjoni għal ħafna, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali.



Ritratti:

Facebook/ Miss universe Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI