Il-mużiċist Isaac Camilleri Liberto magħruf bħala Music Boy fix-xena lokali tal-mużika, flimkien mal-mara tiegħu Julienne, illum jiċċelebraw il-ġurnata speċjali ma’ Paris, it-tifel tagħhom li llum jagħlaq sena.
“Bħal-lbieraħ sena kienet waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajjitna. Il-ġurnata li twelidt inti. Il-ferħ li ġibtilna kien ferħ uniku. Ninsabu tassew ferħanin li aħna l-ġenituri tiegħek, Paris. Awguri f’din il-ġurnata, l-ewwel sena f’għeluq sninek. Ommok u missierek dejjem hawn ser ikunu għalik.”
Aħna Gwida.mt nawguraw minn qalbna ġurnata speċjali lil din il-familja
Facebook/Isaac Camilleri Liberto