Il-viċi sindku ta’ Birżebbuġa Josette Busuttil kitbet messaġġ speċjali għal persuna importanti f’ħajjitha, l-għażiża oħtha, Anna. Hi tesprimi apprezzament għal kemm dejjem tkun hemm għaliha, u tgħaddilha xewqat sbieħ.
“Il-kbira fost il-ħames aħwa, oħti għada 12 ta’ Marzu tagħlaq żmienha… Grazzi talli dejjem kont hemm għalina bħala oħt u bħala persuna b’qalb kbira Jalla s-snin li ġejjin ikunu mimlija b’ferħ, mħabba u barkiet.”
Qasmet ritratti flimkien ma’ oħtha għall-okkażjoni. Anna tiġi omm iż-żeffien lokali Christian Scerri magħruf l-iktar għall-grupp taż-żfin tiegħu, Southville Dancers.
Xewqat sbieħ!
Facebook/ Josette Busuttil