"Awguri Nannu Checker. Inħobbuk Ħafna Ħafna" – Amber F'Għeluq Snin L-Għażiż Missierha

Illum missier Amber qed jiċċelebra għeluq sninu, u l-kantanta sabiex tfakkar din l-okkażjoni qasmet ritratti tiegħu magħha meta kienet għadha ċkejkena, kif ukoll ma’ binha Ġużi.

Fuq il-midja soċjali kemm-il darba turi l-apprezzament tagħha lejn dak kollu li jagħmlu l-ġenituri tagħha għaliha u għall-familja kollha. Amber tikteb, “Awguri Nannu Checker. Inħobbuk ħafna ħafna.” Kienu ħafna li kkummentaw biex jawguraw lil missier Amber kif ukoll iggustaw lilha żgħira u liċ-ċkejken Ġużi fi ħdan in-nannu. 

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu f’dan il-jum għażiż, ċertament li ħa jgawdih mal-għeżież tiegħu.





Facebook/ Amber



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI