Kien l-2002 meta l-ħalliel Shane Snellman ipprova jisraq id-dar ta’ Bruce Roberts. Bruce pront spara lill-ħalliel iżda ma wissa lil ħadd bil-każ: la l-attentat ta’ serqa u lanqas l-isparatura.
Matul is-snin, Bruce żamm il-katavru tal-ħalliel f’daru u kellu juża ’l fuq minn 70 air-freshner biex jgħatti r-riħa.
Bruce kien miet fl-2017 minħabba kawżi naturali. Hu kien horder li jiġbor minn kollox inkluż diversi armi.
L-iskoperta tal-ħalliel mejjet ġrat biss wara li ġew cleaners biex inaddfu d-dar.