Ġurnata li hija bla dubju ta’ xejn għall-qalb bosta Għawdxin u Maltin hija l-festa ta’ Santa Marija ċċelebrata fil-15 t’Awwissu. Din il-ġurnata hija tifkira wkoll tad-devozzjoni li l-Maltin minn dejjem kellhom lejn Santa Marija hekk kif fl-1942 daħal il-Konvoj ta’ Santa Marija. The National Archives of Malta qasmu ritratt li jeħodna lura għal dan iż-żmien.
Huma qalu, “Awwissu jfakkarna fl-istorja tal-Konvoy ta’ Santa Marija tal-1942 — li salva lil Malta. Dan ir-ritratt jeħodna fil-Victory Kitchen fl-Isla, belt li kważi nqerdet matul il-gwerra, waqt li kien jitqassam l-ikel matul il-jiem wasal il-konvoy. Nirringrazzjaw lil Joseph Theuma, iben is-Surġent Carmelo Theuma (xellug), li ta dan ir-ritratt flimkien ma’ dokumenti oħra marbuta ma’ missieru u nannuh. Ir-raġel fuq il-lemin jidher iżomm karta tar-razzjon u bott tal-ikel.”