Il-paġna ‘Assoċjazzjoni Għall-Annimali Abbandunati’ laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ kelb gustuż li għandu bżonn dar.
Fuq il-paġna kitbu, “Chucky wasal ftit jiem ilu. Hu vera sabiħ u qalbu tajba, u għall-grazzja t’Alla diġa msewwi. Kull m’għandu bżonn li narawlu ftit snienu u li jitlef ftit piż. Hu għandu tmien snin u diġa tajnieh il-vaċċini li għandu bżonn.”
Huma appellaw, “Ejjew inxerrdu l-kelma għal dan it-tifel Chucky. Bħal kull kelb ieħor, jixraqlu biss l-aħjar dar.”
Huma ppubblikaw xi ritratti tiegħu fejn jidher bilgħaqal ħafna. Għandu qalbu tfur bl-imħabba u lest biex joffri din l-imħabba lill-familja li tixtieq tilqgħu f’darha. Ejjew ngħinu lill-għażiż Chucky jsib dar!
Facebook / Association for Abandoned Animals