Bħal-Lum 43 Sena Ilu, Il-Papa Ġwanni Pawlu II Ġie Elett Papa

Fis-16 t’Ottubru, 1978, l-Arċisqof u Kardinal ta’ Kraków Karol Wojtyła ġie elett bħala Papa u ħa l-isem ta’Ġwanni Pawlu II. Huwa kien l-ewwel Papa f’455 sena li ma kienx Taljan.

Fl-istess jum fl-2002, il-Papa Ġwanni Pawlu II introduċa l-Misteri tad-Dawl tar-Rużarju.

Is-16 t’Ottubru ġie stabbilit bħala ċelebrazzjoni uffiċjali mill-Parlament Pollakk fis-27 ta’ Lulju 2005. Din il-ġurnata ġiet iddikjarata fir-riżoluzzjoni, “f’ġieħ lill-akbar awtorità tas-seklu għoxrin, raġel li laħaq is-sorsi tal-Kristjaneżmu, għallimna solidarjetà, kuraġġ u umiltà.

B’hekk din hija festa ġewwa l-Polonja, iżda mhix ġurnata ta’ mistrieħ mix-xogħol.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI