Il-kantant lokali Franklin Calleja huwa fost l-iktar artisti favoriti f’Malta u Għawdex. Il-vuċi tiegħu minn dejjem saħħret lil kull min jismagħha, sa mill-ewwel darba li kkompeta f’kompetizzjoni televiżiva lura fl-2012!
Fil-fatt Franklin kien ħa sehem f’Don’t Stop Me Now dik is-sena, li kienet it-tieni edizzjoni. Franklin kien rebaħ dik il-kompetizzjoni u minn hemm qatt ma ħares lura. “Bħal-lum ħdax-il sena ilu irbaħt l-ewwel kompetizzjoni tiegħi mużikali Don’t Stop Me Now illi ntwera fuq NET Television Tiftakruh? Wow… qas nemmen li għaddew diġà 11-il sena…”
Minn dakinhar Franklin rajnieh ġo produzzjonijiet prestiġġjużi bħal Malta Eurovision, fejn wasal mal-aqwa tlieta, X Factor Malta, kif ukoll ikkompeta ma’ artisti barranin waqt Una Voce Per San Remo fl-2018.
X’memorji sbieħ! Nawgurawlek minn qalbna għal iktar suċċessi Franklin!