Bħal-Lum Sentejn Ħalliet Din Id-Dinja R-Reġina Eliżabetta T-Tieni

Bħal-lum sentejn id-dinja nħasdet hekk kif tħabbret il-mewt ta’ waħda mill-aktar persuni popolari li qatt eżistew hekk kif ħalliet din id-dinja r-Reġina Eliżabetta t-Tieni fl-età ta’ 96 sena. Saret reġina fis-6 ta’ Frar tal-1952 meta missierha r-Re ħalla din id-dinja. Kienet omm ta’ erbgħa ulied fosthom ir-Re Karlu li sar Re bħal-lum sentejn.

Eliżabetta kienet figura ta’ stabbiltà, partikolarment fi żminijiet diffiċli bħat-Tieni Gwerra Dinjija u l-pandemija tal-COVID-19. Fit-Tieni Gwerra Dinjija ta’ biss 19-il sena ħadmet bħala mekanik fost xogħol ieħor. Għal ħafna nies, kienet simbolu ta’ kontinwità u għaqda. Mietet fl-2022, u ħalliet warajha wirt profond u impatt fuq il-monarkija moderna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI