“Bħal-Lum Sentejn Ilu Kont Fil-Bidu Tat-Tarf. Dejjem Nibki Waħdi” – Anna Vella Taqsam L-Istorja Tagħha

Anna Vella, mara li tħobb tgħin lill-annimali mmens u tara x’tagħmel biex tagħtihom ħajja mill-aħjar, ilbieraħ qasmet l-istorja tagħha mas-segwaċi tagħha.

Hi kitbet, “Bħal-lum sentejn ilu, kont fil-bidu tat-tarf. Dejjem nibki waħdi… ma nafx kif se nkampa…. illum sentejn wara, għad m’għandi xejn għalija imma l-qtates għamilna pass wara l-ieħor u dan biss b’imbarazz u b’għaqda u għaqal ta’ ħafna ħafna nies li emmintu fija u ta’ dan ma nafx kif nirringrazzjakom apparti li nittama li dak li qed intikom bħala riżultat huwa ta’ pjaċir għalikom. Jekk jogħġobkom ibqgħu miegħi, għax fadalli ħafna x’naqdef u tafu 100% li mhux se jiddispjaċikom.”

Hi spiċċat kliemha billi qalet, “M’għandix bżonn Malta kollha, għandi bżonn nies bħalkom li jixtiequ jgħinuni b’dawn it-300 u jibqgħu jaraw riżultati kuljum. Grazzi.”

Grazzi lil dawk kollha li jgħinu lil din il-mara biex il-qtates ikollhom ħajja aħjar!





Facebook / Anna Vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI