Bħal-Lum Sentejn Miet L-Attur Victor Grech, Magħruf Bħala Sander Ta' Ipokriti

Proprju bħal-lum sentejn ilu ħalla din id-dinja l-attur veteran Victor Grech li baqa’ l-aktar magħruf għas-sehem tiegħu fis-serje televiżiva Ipokriti, fejn interpreta l-parti ta’ Sander.





Grech kien ħa sehem ukoll fl-ewwel edizzjoni li kienet saret ta’ F’Baħar Wieħed lura fl-1976 fejn għamel il-parti ta’ Ġiġi l-Maġistrat.

L-attur Victor Grech kien anke ħa sehem f’wieħed mill-episodji tas-sensiela One Star Hotel, fil-puntata li kienet iġġib l-isem ‘Katavru’.



Huwa kien miżżewweġ lill-attriċi u preżentatriċi Mary Grech li wkoll hija sinonima fix-xena tal-ispettaklu.

Sfortunatament, fit-18 ta’ Jannar tal-2023, fl-età ta’ 96 sena, Victor ħalla din id-dinja.

Strieħ fis-sliem, Victor!

Sors: M3P

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI