Bħalissa Għaddejjin Preparamenti Kbar Għal Edizzjoni Oħra Ta' St Patrick's F'Għajnsielem

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem bħalissa jinsab għaddej b’ħidma intensiva sabiex jorganizza t-tielet edizzjoni ta’ St Patrick’s f’Għawdex.

Dan l-avveniment annwali tant mistenni se jsir nhar it-Tnejn 17 ta’ Marzu u se jibda mit-15:00 ‘il quddiem, hekk kif jidher li se jkun hemm atmosfera ferrieħa mimlija mużika, divertiment u attivitajiet għal kulħadd.





Il-festa se tkun imżewqa bi programm mużikali varjat li jinkludi erba’ bands li se jieħdu sehem f’sensiela ta’ kunċerti matul il-jum. Barra minn hekk, se jkun hemm diversi attrazzjonijiet għall-familja kollha, fosthom Kids’ Corner iddeddikat għat-tfal, Crafts Corner b’ħidmiet artiġanali, u Cakes Corner fejn kulħadd jista’ jgawdi għażla ta’ ħelu tradizzjonali.

Ma jistax jonqos ukoll l-iktar element ikoniku ta’ St Patrick’s – il-birra! Dawk li se jattendu se jkollhom l-opportunità li jgawdu pinta ta’ birra filwaqt li jixxalaw u jiżżiedu fil-festa.

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem qiegħed jistieden lill-pubbliku kollu sabiex jattendi u jħoss is-sens ta’ komunità u ferħ li dan l-avveniment uniku joffri.

Intom se tmorru?

Sors: Facebook / Għajnsielem Local Council



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI